EN
MT
« lura 

Il-Qasam tad-Djar

Waħda mill-aktar ambizzjonijiet importanti fil-ksib tal-indipendenza u l-awtonomija flimkien mal-formazzjoni ta’ familja ġdida hi li jkollok id-dar tiegħek. Bosta individwi u koppji żgħażagħ jippjanaw bl-akbar reqqa u jaħdmu b’mod intensiv sabiex il-ħolma tagħhom li jkollhom il-proprjetà li jixtiequ sabiex jgħixu ħajja indipendenti mill-familji tal-oriġini tagħhom issir realtà. L-informazzjoni provduta f’din is-sezzjoni tista’ tgħinek sabiex tieħu deċiżjoni infurmata f’dak li għandu x’jaqsam mal-qasam tad-djar. Din tinkludi informazzjoni dwar l-Awtorità tad-Djar, ix-xiri u bejgħ ta’ proprjetà, kiri, il-konvenju, self għad-dar (home loans) u l-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar.

 

Avveniment fil-futur