EN
MT
« lura 

Trasport u Vvjaġġar

Id-dimensjonijiet fiżiċi tal-gżejjer tagħna flimkien mas-sistema ta’ netwerks tat-toroq effiċjenti jagħmlu l-ivvjaġġar f’kull parti tal-gżejjer tagħna relattivament faċli. It-Trasport Pubbliku huwa mezz effiċjenti u relattivament irħis biex wieħed jivvjaġġa minn lokalità għal oħra b’terminus tal-karozzi tal-linja ċentrali fil-Belt Valletta u ieħor ir-Rabat Għawdex. Il-frekwenza tas-servizz hi ogħla f’ċerti lokalitajiet bħal pereżempju l-Ajruport. Is-servizz huwa estiż ukoll għal bil-lejl għal żoni tad-divertiment bħal Paceville. It-Trasport b’vetturi privati għadu l-aktar għażla preferuta miċ-ċittadini, minkejja li problemi tal-parkeġġ dejjem qegħdin jiżdiedu. Is-servizzi tat-taksis huwa aktar popolari mal-barranin, speċjalment għal vjaġġi mill-/għall-Ajruport. L-Airmalta, il-linja nazzjonali tal-ajru topera titjiriet għal/minn diversi destinazzjonijiet. Servizz ta’ traġitti bil-baħar jgħaqqad iż-żewġ gżejjer b’servizzi frekwenti kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl.

Trasport

Vjaġġar

Avveniment fil-futur