EN
MT
« lura 

L-Ambjent

L-ambjent naturali, li normalment jissejjaħ sempliċiment bħala “l-ambjent” jinkludi l-oġġetti kollha ħajjin u mhux ħajjin li jinsabu b’mod naturali fid-Dinja. L-ambjent naturali jitqabbel mal-ambjent mibni li jinkludi ż-żoni u komponenti li huma influwenzati sew mill-bniedem. Il-kwistjonijiet prinċipali attwali jittrattaw il-bilanċ xieraq bejn dawn it-tnejn u l-modi kif jitnaqqas l-impatt tal-bnedmin fuq l-ambjent naturali.

Iż-żgħażagħ għandhom jiġu involuti b’mod attiv u mhux b’mod passiv fi kwistjonijiet relatati mal-ambjent. Dawn għandhom jingħataw l-opportunità sabiex issemmgħu leħinhom u jesprimu l-opinjoni tagħhom. L-involviment taż-żgħażagħ fi proċessi ta’ konsultazzjoni hu neċessarju minħabba li deċiżjonijiet mittieħda jaffettwaw il-futur tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Eżempju ta’ żgħażagħ li qegħdin jipparteċipaw b’mod attiv hu l-’Young Reporters of the Environment’ fejn iż-żgħażagħ qed jingħataw l-opportunità sabiex jiktbu artikli dwar temi relatati mal-ambjent. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, b’koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet ambjentali, għandu numru ta’ programmi sabiex jinkoraġġixxu aktar żgħażagħ sabiex japprezzaw l-ambjent u jipparteċipaw f’għadd ta’ inizjattivi f’dan il-qasam.
 

Avveniment fil-futur